Error message

Deprecated function: Array and string offset access syntax with curly braces is deprecated in include_once() (line 20 of /home/maltaenterprise/public_html/includes/file.phar.inc).
MENU

Il-Ministru Cardona iniedi l-Micro Invest u l-Micro Guarantee, żewġ skemi li tfasslu b’mod aktar effettiv biex jgħinu fit-tkabbir tal-intrapriżi

F'konferenza tal-aħbarijiiet il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona nieda l-iskemi Micro Guarantee u Micro Invest, żewġ skemi ta' assistenza li f'dawn l-aħħar xhur ġew zviluppati biex ikunu aktar effettivi biex jgħinu fit-tkabbir tal-intrapriżi f'Malta u Għawdex.

Il-Ministru Cardona qal li l-iskema tal-Micro Guarantee ser tipprovdi lill-intrapriżi jew l-imprendituri, li mill-inqas iħaddmu persuna waħda u li għandhom bzonn garanziji sa €100,000 biex ikopru sa massimu ta' 80% tas-self minn bank biex jizviluppaw in-negozju tagħhom. Minn din l-iskema tneħħiet il-kriterja preċedenti li kienet tobbliga lill-benefiċarji jħallsu interess ta' 2% fuq il-valur tal-garanzija lill-Malta Enterprise. Dr. Chris Cardona qal li dan sar bil-għan li l-iskema ssir aktar attraenti, għax l-intrapriżi jkollhom iħallsu biss ir-rata miftiehma mal-bank tal-għazla tagħhom.

L-iskema Micro Guarantee ser tgħin partikolarment lil intrapriżi żgħar li għandhom proġetti viabbli imma sal-lum ma kellhomx mezzi biex jiffinanzjawhom. Is-self kopert mill-garanzija jista' jintuza fost l-oħrajn għal: żvilupp ta' negozju ġdid, żvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda, investiment f'teknoloġiji ġodda, investiment biex jikber il-bejgħ jew in-numru ta' impjegati u tkabbir fis-swieq barranin.

Il-Ministru spjega li wara li l-proġett ikun approvat mill-Malta Enterprise, l-imprenditur ikun jista' javviċina bank ta' l-għazla tiegħu biex wara tinħareg garanzija mill-Malta Enterprise. Parti mill-garanzija tista' tintuza biex tkopri "working capital". Dan ma jistax jaqbez 10% mill-bejgh totali tas-sena ta' qabel jew 30% tas-self fil-kaz ta' intraprizi ġodda.

It-tieni skema, dik tal-MicroInvest, se tkun miftuħa għal spejjez li saru mill-imprendituri eliġibbli tul is-sena 2013. Il-Ministru Cardona qal li d-differenza bejn din l-iskema u dik tas-snin ta' qabel, li ggib l-istess isem, hija li din se tkun miftuħa wkoll għal intraprizi li jimpjegaw sa 30 persuna.

L-iskema kif inhi miftuħa issa se tgħati lok lill-intraprizi japplikaw sa' Marzu tal-2014 għall-ispejjez li għamlu matul din is-sena, igifieri l-2013. L-assistenza mogħtija tkopri, fost ohrajn, spejjez fuq makkinarju u teknoloġija li jtejbu l-operat u anke pagi.

Il-Ministru Cardona qal li minn April li ġej il-MicroInvest se tkun qiegħda zzid l-assistenza b' 5% għall-intraprizi Maltin u Għawdxin; igifieri l-assistenza mgħotija lill-intraprizi Maltin se titla' għal 45% u 65% għal dawk Għawdxin. "Dan sar sabiex ngħinu aktar lil dawk il-imprendituri, kemm self employed kif ukoll intraprizi żgħar, li stinkaw biex ikabbru l-operat tagħhom" saħaq il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.

Aktar kmieni l-Ministru Cardona, akkumpanjat mill-Executive Chairman tal-Malta Enterprise Dr. Mario Vella żar il-Business First, il-post fejn dawk interessati fiż-żewġ skemi għandhom jirrikorru biex jingħataw gwida u assistenza. Dwar il-Business First il-Ministru Cardona li bħalissa għaddejj proċess ta' streamlining bil-għan li fl-aħħar dan tabilħaq issir il-One Stop Shop u l-Point of Single Contact.