Il-Ministru Cardona iniedi l-Micro Invest u l-Micro Guarantee, żewġ skemi li tfasslu b’mod aktar effettiv biex jgħinu fit-tkabbir tal-intrapriżi
F'konferenza tal-aħbarijiiet il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona nieda l-iskemi Micro Guarantee u Micro Invest, żewġ skemi ta' assistenza li f'dawn l-aħħar xhur ġew zviluppati biex ikunu aktar effettivi biex jgħinu fit-tkabbir tal-intrapriżi f'Malta u Għawdex.Il-Ministru Cardona qal li l-iskema tal-Micro Guarantee ser tipprovdi lill-intrapriżi jew l-imprendituri, li mill-inqas iħaddmu persuna waħda u li għandhom bzonn garanziji sa €100,000 biex ikopru sa massimu ta' 80% tas-self minn bank biex jizviluppaw in-negozju tagħhom.
